view archived page

view original article

L-Iscale Model Island hija esebizzjoni li qed tiċċelebra l-passjoni, il-ħiliet u t-talenti ta’ dawk li jipprattikaw l-iscale modelling f’Malta.

Scale Model Island fi Smart City, qed tgħaqqad għall-ewwel darba lill-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi li jagħmlu l-iscale modelling f’Malta.

Minn vetturi militari għall-ajruplani, karozzi, figuri ta’ personaġġi storiċi u tal-fantaxjenza, ferroviji u muturi tat-triq u tal-ġiri: evidenti l-preċiżjoni, il-ħila u t-talenti bid-dehra u l-mod kif juffunzjonaw dawn il-mudelli li huma koppja tal-oriġinali.

Uħud mill-mudelli jirrakkontaw episodji storiċi bħad-disgrazzja tal-ajru tal-El Adem li seħħ f’Ottubru tal-1961 fil-Libja. Fit-traġedja mietu sbatax-il persuna, ħmistax minnhom Maltin.

Oħrajn iqanqlu memorji nostalġiċi fosthom il-vapur tal-art komplut bl-istazzjonijiet.

Carmelina Schembri minn Smart City qalet li l-esebizzjoni tiċċelebra l-passjoni u t-talenti ta’ dawk kollha li huma involuti f’dan il-passatemp.

“Irnexxielna niġbruhom kollha flimkien u hawn individuals ukoll min jiġi għal exhibition se jara diversità ta’ mudelli għandna aircraft models, military, hawn it-trains ukoll u jekk tħares lejhom tara kemm jiddedikaw ħin u passjoni biex jagħmlu dan id-delizzju.”

Fl-esebizzjoni li qed issir fil-Laguna Suite fi Smartcity ġabret f’post il-membri tal-Ħal Far Model Flying Association, il-Malta Railway Foundation, l-SSM, il-Gozo Scale Modellers Club, l-A.M.E, il-Malta Model Aircraft Flying Association, il-Malta Society of Model Makers u l-Assoċjazzjoni tal-Inġiniera Maltin.

TVM News coverage of Scale Model Island exhibition held at SmartCity Malta on 6 June 2019.
TVM News