view archived article

view original article

 

FTUĦ UFFIĊJALI TA’ ĦAL FAR MODEL FLYING ASSOCIATION

chris-agius-maltasportIl-ftuħ uffiċjali tas-sit il-ġdid ta’ Ħal Far Model Flying Association sar il-llum il-Hadd mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius fil-preżenza tal-President tal-Assoċjazzjoni Arthur Napier.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt l-indirizz tiegħu spjega l-intoppi li ltaqgħu magħhom fil-mixja sabiex l-Assoċjazzjoni tingħata dan is-sit minn fejn tista’ topera. Fil-fatt l-akbar ostaklu kien dak li l-art tinsab f’żona industrijali.

Huwa qal li b’rieda tajba minn diversi partijiet intlaħaq ftehim b’sodisfazzjoni kbir għan-numru ta’ dilettanti fi ħdan l-Assoċjazzjoni. Semma wkoll li fl-isport ma għandhiex tidħol il-politika u li l-ġurnata tal-lum tixhed eżattament dan.

Huwa kompla jgħid li qiegħed jipprova jgħin sabiex jintlaħqu t-talbiet kbar li qed isiru minn diversi assoċjazzjonijiet, għalkemm dan ma jkunx dejjem possibli.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Arthur Napier semma l-importanza tal-MoU li kien iffirmat ma’ SportMalta. Napier esprima s-sodisfazzjon li l-Assoċjazzjoni waslet s’hawn u rringrazzja b’mod partikolari lill-Perit li għen lill-Assoċjazzjoni.

Intant Pierre Bonello, is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni fisser din il-ġurnata bħala waħda storika li biha l-Assoċjazzjoni reġgħet ingħaqdet u ssaħħet. Huwa sostna li kien importanti li l-istakeholders bħal Malta Enterprise kienu involuti sa mill-bidu nett u llkoll ġibdu habel wieħed.

Indirizzaw lil dawk preżenti wkoll George Borg Marks, id-Direttur tal-Avjazzjoni Ċivili, Dr Lucianno Busuttil Chairman ta’ SportMalta u David Agius il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-isport.

 

 

maltasport.com